ARTICLE
18 December 2015

The President Of Malta Visits The Malta Stock Exchange [Maltese]

FM
Finance Malta

Contributor

Finance Malta is a non-profit public-private initiative set up to promote Malta as an international financial centre, both within, as well as outside Malta. It brings together, and harnesses, the resources of the industry and government, to ensure Malta maintains a modern and effective legal, regulatory, and fiscal framework in which the financial services sector can continue to grow and prosper. The Board of Governors, together with the founding associations: The Malta Funds Asset Servicing Association, the Malta Bankers Association, the Malta Insurance Association, the Association of Insurance Brokers, the Malta Insurance Managers Association, the Institute of Financial Services Practitioners; its members and staff are all committed to promote Malta as an innovative international.
Il-President temmet billi rringrazzjat liċ-Ċermen u l-membri tal-bord, kif ukoll lill-ħaddiema għall-ħidma tagħhom b'risq il-Maltin u l-Għawdxin fis-settur finanzjarju.
Malta Finance and Banking

Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-Borża ta' Malta fil-Belt Valletta. Waqt din iż-żjara, il-President iltaqgħet maċ-Ċermen, mal-membri tal-bord, kif ukoll mal-ħaddiema, hekk kif il-Borża ta' Malta qiegħda tiċċelebra il-ħamsa u għoxrin sena anniversarju tagħha.

Il-President faħħret lill-Borża ta' Malta għas-suċċess li tagħmel għall-pajjiż f'kuntest ta' tkabbir ekonomiku; hi tenniet li, minbarra li din hija entità riġida ekonomika, hija wkoll entità li tħaddan responsabbilità soċjali korporattiva fejn tippromwovi bis-sħiħ il-kultura, il-filantropija, il-ħarsien ambjentali u anki l-edukazzjoni.

Il-President temmet billi rringrazzjat liċ-Ċermen u l-membri tal-bord, kif ukoll lill-ħaddiema għall-ħidma tagħhom b'risq il-Maltin u l-Għawdxin fis-settur finanzjarju.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll Edward Scicluna, Ministru tal-Finanzi, li min-naħa tiegħu faħħar l-impenn u l-ħidma bir-reqqa u serja tal-Bord u l-istaff tal-Borża. Huwa awgura li aktar kumpaniji żgħar jersqu lejn il-Borża biex ikollhom aktar aċċess għall-kreditu, filwaqt li aktar nies jersqu biex jinvestu flushom f'kumpaniji kkwotati fil-Borża.

The content of this article is intended to provide a general guide to the subject matter. Specialist advice should be sought about your specific circumstances.

Mondaq uses cookies on this website. By using our website you agree to our use of cookies as set out in our Privacy Policy.

Learn More